30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Settembru 2013 — Sysmex Europe GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen
(Kawża C-480/13)
2013/C 352/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sysmex Europe GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen
Domanda preliminari
Kien hemm lok, fl-2005, li tiġi kklassifikata fl-intestatura 3212 tan-Nomenklatura Magħquda (1), inkwantu żebgħa jew kulur, merkanzija komposta minn solventi u minn sustanza abbażi ta’ polimetin li ċertament jista’ jkollha effett li tagħti kulur — mhux permanenti, f’kull każ fuq drappijiet — iżda li sservi, fil-każ tal-merkanzija li għandha tiġi kklassifikata, sabiex tinkiseb informazzjoni fuq partikoli (globuli bojod) li jinsabu f’soluzzjoni eżaminata (demm trattat minn qabel), meta jingħad li, meta jitqiegħdu joni fuq elementi speċifiċi tal-partikoli (l-aċidi nukleiċi), is-sustanza tifforma strutturi molekulari li, meta jiġu esposti għal raġġi tal-laser ta’ ċerta frekwenza, isiru florexxenti għal żmien limitat u li dan l-istat u l-intensità tiegħu jitkejlu permezz ta’ ċellula fotoelettrika speċjali?
(1) In-Nomenklatura Maqgħuda li tinsab fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, ĠU L 327, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy