30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-10 ta’ Settembru 2013 — Ronny Verest, Gaby Gerards vs Belgische Staat
(Kawża C-489/13)
2013/C 352/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ronny Verest, Gaby Gerards
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
L-Artikolu 56 KE jipprekludi l-impożizzjoni ta’ taxxa fi Stat Membru fuq beni immobbli mhux mikrija li jinsabu fi Stat Membru ieħor fuq bażi oħra li ma hijiex dik tad-dħul katastali lokali tagħhom meta, b’mod partikolari fil-każ preżenti, ikun magħruf li d-dħul katastali lokali huwa ddeterminat b’mod simili għad-dħul katastali Belġjan minn beni immobbli Belġjani?
Full & Egal Universal Law Academy