30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/7
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 minn Cytochroma Development, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-106/12 — Cytochroma Development, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-490/13 P)
2013/C 352/13
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Cytochroma Development, Inc. (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, A. Smith, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Teva Pharmaceutical Industries, Ltd.
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-106/12;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata għas-segwenti raġunijiet:
—
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 65(6) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u l-Artikolu 1(d)(1) tar-Regolament Nru 216/96 (2) fir-rigward tal-miżuri adottati mill-UASI biex josserva s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;
—
Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali kif ukoll l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 216/96, tal-5 ta’ Frar 1996, li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 221)
Full & Egal Universal Law Academy