23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/47
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Settembru 2013 — Mohamed Ali Ben Alaya vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-491/13)
2013/C 344/82
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Mohamed Ali Ben Alaya
Konvenuta: Ir Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domanda preliminari
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE (1), tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju, tistabbilixxi dritt, li jirriżulta minn kompetenza marbuta mal-ħruġ ta’ viża għal skopijiet ta’ studju u ta’ permess ta’ residenza korrispondenti skont l-Artikolu 12 ta’ din id-“Direttiva għall-istudenti” meta l-“kundizzjonijiet għall-ammissjoni”, jiġifieri l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 ikunu sodisfatti u ma jkun hemm ebda raġuni sabiex l-ammissjoni tiġi rrifjutata skont l-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva?
(1) ĠU 2006, L 153M, p. 330.
Full & Egal Universal Law Academy