23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/48
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-493/13)
2013/C 344/84
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun, L. Nicolae u L. Naaber-Kivisoo)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet
—
tikkonstata li, peress li, fil-każ tal-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Komunikazzjonijiet, ma kienx possibbli li tiġi żgurata s-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-attivitajiet inerenti għall-proprjetà jew għad-direzzjoni tal-impriżi li jiżguraw il-provvista ta’ netwerks u/jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-Repubblika tal-Estonja kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru (qafas) regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru (Qafas)) (1)
—
tikkundanna lill-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li l-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Komunikazzjonijiet jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “awtorità nazzjonali regolatorja”, iddefinit fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru (qafas) regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru (Qafas)) u li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Qafas japplikaw għalih, b’mod partikolari dik li tikkonċerna s-separazzjoni strutturali, imsemmija fil-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu.
Il-Kummissjoni tqis li, minbarra l-kompiti regolatorji tiegħu, il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Komunikazzjonijiet għandu wkoll attività marbuta mal-proprjetà jew mad-direzzjoni tal-impriżi li jiżguraw il-provvista ta’ netwerks u/jew ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Minħabba dan, separazzjoni strutturali effettiva bejn dawn iż-żewġ funzjonijiet ma hijiex żgurata, fatt li jmur kontra r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva Qafas.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349
Full & Egal Universal Law Academy