23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/49
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Simboulio tis Epikratias fis-16 ta’ Settembru 2013 — Agrooikosystimata EPE vs Ipourgos Ikonomias kai Ikonomikon, Ipourgos Αgrotikis Anaptixis kai Trofimon, Ir-Reġjun ta’ Thessaly
(Kawża C-498/13)
2013/C 344/85
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Simboulio tis Epikratias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Agrooikosystimata EPE
Konvenuti: Ipourgos Ikonomias kai Ikonomikon, Ipourgos Αgrotikis Anaptixis kai Trofimon, ir-Reġjun ta’ Thessaly
Domanda preliminari
L-istruttura tar-Regolamenti Nru 2078/92 (1) u Nru 746/96 (2) teżiġi li l-benefiċjarji ta’ programm ta’ rtirar għal żmien twil ta’ art agrikola jkollhom il-kwalità ta’ agrikolturi jew huwa biżżejjed li dawn jassumu r-riskju ekonomiku tal-amministrazzjoni tal-art eliġibbli li għaliha huma responsabbli?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92, tat-30 ta’ Ġunju 1992, dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb (ĠU L 215, p. 85).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/96, tal-24 ta’ April 1996, dwar l-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2078/92, dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u taż-żamma tal-kampanja fi stat tajjeb (ĠU L 102, p. 19).
Full & Egal Universal Law Academy