14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2013 — Gmina Międzyzdroje vs Minister Finansów
(Kawża C-500/13)
2013/C 367/39
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gmina Międzyzdroje
Konvenut: Minister Finansów
Domanda preliminari
L-Artikoli 167, 187 u 189 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-prinċipju ta’ newtralità jaċċettaw dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 91(7) u (7a) tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi [Ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług] (Dziennik Ustaw 2011, Nru 177, pożizzjoni 1054, kif emendata), li, fil-każ li jkun hemm bdil tad-destinazzjoni tal-użu ta’ investiment minn eżerċizzju ta’ attività li ma tagħtix id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT input imħallsa għal eżerċizzju ta’ attività li tippermetti l-benefiċċju ta’ dan id-dritt, ikollhom l-effett li ma jkunx possibbli li jkun hemm regolarizzazzjoni unika, iżda jkun meħtieġ li din ir-regolarizzazzjoni ssir fuq perijodu ta’ 5 snin dekorribbli mis-sena li fih il-beni jibda jintuża, jew ta’ 10 snin fil-każ ta’ immobbli?
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy