30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Settembru 2013 — Boston Scientific Medizintechnik GmbH vs Betriebskrankenkasse RWE
(Kawża C-504/13)
2013/C 352/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti fil-proċedura ta’ “Reviżjoni”: Boston Scientific Medizintechnik GmbH
Konvenuta fil-proċedura ta’ “Reviżjoni”: Betriebskrankenkasse RWE
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott li huwa prodott mediku li jiddaħħal fil-ġisem tal-bniedem (f’dan il-każ, defibrillatur kardijaku li jiddaħħal fil-ġisem) ikun diġà difettuż meta fir-rigward ta’ numru sinjifikattiv ta’ apparati tal-istess serje jkun ġie kkonstatat li ma jiffunzjonawx tajjeb għalkemm ma jkunx ġie kkonstatat difett fir-rigward tal-apparat imdaħħal fil-każ ineżami?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
L-ispejjeż tal-operazzjoni sabiex jiġi estratt il-prodott u sabiex jiddaħħal defibrillatur kardijaku ieħor jikkostitwixxu ħsara kkawżata minn korriment personali fis-sens tal-Artikolu 1 u tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 85/374/KEE?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.
Full & Egal Universal Law Academy