30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/9
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 minn Philips Lighting Poland S.A., Philips Lighting BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-469/07 — Philips Lighting Poland S.A., Philips Lighting BV vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-511/13 P)
2013/C 352/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Philips Lighting Poland S.A., Philips Lighting BV (rappreżentanti: M.L. Catrain González, avukat, E.A. Wright, H. Zhu, Barristers)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd, GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt. (GE Hungary Zrt), Il-Kummissjoni Ewropea, Osram GmbH
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza u tannulla r-Regolament ikkontestat sa fejn japplika għall-appellanti;
—
tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż tal-appellanti kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kf ukoll f’dak li jikkonċerna dawn il-proċeduri.
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan l-appell, l-appellanti jitolbu li s-sentenza tiġi annullata u li r-Regolament ikkontestat jiġi annullat minħabba l-motivi li ġejjin:
(1)
Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”) (“Artikolu 9(1)”) meta kkonkludiet li l-Kunsill għandu d-dritt li japplika l-Artikolu 9(1) a fortiori għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni (jiġifieri meta ma jkunx hemm irtirar ta’ lment, iżda sempliċement ma jkunx hemm iktar sostenn għalih). L-interpretazzjoni wiesgħa tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 9(1) ma hijiex sostnuta kemm mill-kliem jew mill-istruttura tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. Din hija kkontestata wkoll mill-prassi tal-istituzzjonijiet tal-aħħar 25 sena li matulhom dipendenza fuq l-Artikolu 9(1), wara l-irtirar ta’ lment, dejjem waslet għat-tmiem tal-investigazzjoni relatata.
(2)
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat ħażin, u għalhekk applikat ħażin, l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku (“Artikolu 4(1) u Artikolu 5(4)”) meta ddefinixxiet l-“industrija Komunitarja”. Dan wassal għall-konklużjoni żbaljata li “proporzjon kbir” tal-produzzjoni Komunitarja totali għandu jiġi stabbilit permezz tal-applikazzjoni ta’ wieħed biss miż-żewġ limiti meħtieġa mill-Artikolu 5(4), il-limitu ta’ 25 % biss. Id-definizzjoni żbaljata tal-“industrija Komunitarja” vvizzjata mill-analiżi ta’ ħsara tal-Istituzzjonijiet li, minflok ma tiġi stabbilita abbażi tal-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-“industrija Komunitarja” kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku (“Artikolu 3(1)”), u ddefinit fl-Artikolu 5(4) kienet evalwata abbażi tas-sitwazzjoni tal-“kumpannija li tipprovdi sostenn” jew tal-“ikbar produttur”. Ebda wieħed minn dawn it-termini ma jintuża fir-Regolament bażiku sabiex tiġi stabbilita l-“ħsara”.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).
Full & Egal Universal Law Academy