16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/11
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-11 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-358/08, Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-513/13 P)
2013/C 336/24
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
—
tilqa’ dan l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013, fil-Kawża T-358/08, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea;
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3249, tal-25 ta’ Ġunju 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija taħt il-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett Nru 96/11/61/018 — “Tindif ta’ Zaragoza” permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(96) 2095, tas-26 ta’ Lulju 1996.
—
tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
(1)
Żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-effetti tat-terminu previst fl-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (1). Mal-iskadenza tal-imsemmi terminu l-Kummissjoni ma tista’ tadotta ebda miżura ta’ korrezzjoni finanzjarja u, għaldaqstant, hija obbligata tagħmel il-ħlas u l-korrezzjoni applikata hija illegali.
(2)
Żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ xogħol, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li n-netwerk kollu jikkostitwixxi biċċa xogħol waħda fis-sens tal-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva tal-KunsilL 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (2). Is-sentenza appellata titbiegħed mill-ġurisprudenza li tinsab fis-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2000, Il-Kummissjoni vs Franza (C-16/98, Ġabra p. I-8315), sa fejn tħalli barra n-neċessità ta’ kontinwità ġeografika tax-xogħlijiet kollha u ta’ interdipendenza bejniethom, jiġifieri, in-neċessità ta’ interkonnessjoni sabiex is-servizz jiġi pprovdut.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163.
Full & Egal Universal Law Academy