14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Settembru 2013 — Ettayebi Bouzalmate vs Kreisverwaltung Kleve
(Kawża C-514/13)
2013/C 367/41
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht München I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ettayebi Bouzalmate
Konvenut: Kreisverwaltung Kleve
Domanda preliminari
Mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), jirriżulta li Stat Membru għandu, bħala regola ġenerali, iżomm persuna għall-finijiet ta’ tneħħija f’ċentru speċjalizzat ta’ detenzjoni, inkluż meta ċentri bħal dawn jeżistu biss f’parti mill-istruttura federali tal-Istat, iżda mhux f’dik fejn id-detenzjoni għandha tiġi eżerċitata konformement mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istruttura federali ta’ dan l-Istat?
(1) ĠU L 348, p. 98.
Full & Egal Universal Law Academy