14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Settembru 2013 — Dimensione Direct Sales s.r.l., Michele Labianca vs Knoll International S.p.A.
(Kawża C-516/13)
2013/C 367/42
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dimensione Direct Sales s.r.l., Michele Labianca
Konvenuta: Knoll International S.p.A.
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt ta’ distribuzzjoni previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) jinkludi d-dritt li jiġi offrut għall-bejgħ lill-pubbliku l-oriġinal jew kopja ta’ xogħol?
Fl-ipoteżi fejn l-ewwel domanda għandha tiġi risposta fl-affermattiv:
(2)
Id-dritt li jiġi offrut għall-bejgħ lill-pubbliku l-oriġinal jew kopja ta’ xogħol jinkludi biss l-offerti kuntrattwali jew ukoll il-miżuri pubbliċitarji?
(3)
Ikun hemm ksur tad-dritt ta’ distribuzzjoni jekk l-offerta ma tagħtix lok għal xiri tal-oriġinal jew kopja ta’ xogħol?
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
Full & Egal Universal Law Academy