14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Settembru 2013 — The Queen fuq talba ta’ Eventech Ltd vs The Parking Adjudicator
(Kawża C-518/13)
2013/C 367/43
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen fuq talba ta’ Eventech Ltd
Konvenut: The Parking Adjudicator
Il-parti l-oħra fil-proċedura: London Borough of Camden, Transport for London
Domandi preliminari
(1)
Fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, il-fatt li mogħdija għall-karrozzi tal-linja li tinsab fuq triq pubblika ssir aċċessibbli għall-Black Cabs iżda mhux għall-minicabs fis-sigħat li din il-mogħdija tintuża mill-karrozzi tal-linja, jinvolvi l-użu ta’ “riżorsi ta’ l-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE?
(2)
(a)
Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-fatt li mogħdija għall-karrozzi tal-linja li tinsab fuq triq pubblika ssir aċċessibbli għall-Black Cabs iżda mhux għall-minicabs fis-sigħat li din il-mogħdija tintuża mill-karrozzi tal-linja huwiex selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, għal-liema għan għandu wieħed jirreferi sabiex jiġi evalwat jekk il-Black Cabs u l-minicabs humiex f’sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli?
(b)
Jekk jista’ jintwera li l-għan rilevanti, fis-sens tad-domanda 2(a), huwa għall-inqas parzjalment sabiex tinħoloq sistema ta’ trasport sigura u effettiva u li jeżistu raġunijiet ta’ sigurtà u/jew ta’ effettività li jiġġustifikaw l-awtorizzazzjoni tal-Black Cabs sabiex isuqu fil-mogħdijiet għall-karrozzi tal-linja, iżda li ma japplikawx għall-minicabs, jista’ jingħad li l-miżura ma hijiex selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE?
(ċ)
Sabiex tingħata risposta għad-domanda 2(b), għandu jiġi vverifikat jekk, billi bbaża ruħu fuq din il-ġustifikazzjoni, l-Istat Membru weriex barra minn hekk li t-trattament favorevoli mogħti lill-Black Cabs meta mqabbla mal-minicabs huwa proporzjonat u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju?
(3)
Il-fatt li mogħdija għall-karrozzi tal-linja li tinsab fuq triq pubblika ssir aċċessibbli għall-Black Cabs iżda mhux għall-minicabs fis-sigħat li din il-mogħdija tintuża mill-karrozzi tal-linja huwa tali li jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE meta t-triq inkwistjoni tinsab fiċ-ċentru ta’ Londra u dan minkejja li ma jeżisti ebda ostakolu li jipprekludi liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn milli jipposjedu jew isuqu Black Cabs jew minicabs?
Full & Egal Universal Law Academy