25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Ottubru 2013 — Walter Larcher vs Deutsche Rentenversicherung Bayern Süd
(Kawża C-523/13)
2014/C 24/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundessozialgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Walter Larcher
Konvenuta: Deutsche Rentenversicherung Bayern Süd
Domandi preliminari
(1)
Il-prinċipju ta’ ugwaljanza stabbilit fl-Artikolu 39(2) KE [li issa huwa l-Artikolu 45(2) TFUE] u fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1), jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li pensjoni tax-xjuħija wara rtirar kmieni progressiv tippresupponi li l-irtirar kmieni progressiv ikun sar skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru u mhux ta’ Stat Membru ieħor?
(2)
Jekk dan huwa l-każ, liema rekwiżiti huma imposti mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament previst fl-Artikolu 39(2) KE [li issa huwa l-Artikolu 45(2) TFUE] u fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fuq l-assimilazzjoni, bħala kundizzjoni għad-dritt għal pensjoni nazzjonali ta’ rtirar, tal-irtirar kmieni progressiv li jsir skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru l-ieħor?
(a)
Huwa meħtieġ eżami komparattiv tal-kundizzjonijiet tal-irtirar kmieni progressiv?
(b)
Jekk dan huwa l-każ, huwa biżżejjed li l-irtirar kmieni progressiv ikun, fil-funzjoni u fl-istruttura tiegħu, irregolat b’mod essenzjalment simili fiż-żewġ Stati Membri?
(c)
Jew il-kundizzjonijiet tal-irtirar kmieni progressivi għandhom ikunu irregolati b’mod identiku fiż-żewġ Stati Membri?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy