14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Ottubru 2013 — Eycke Braun vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-524/13)
2013/C 367/45
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Karlsruhe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Eycke Braun
Konvenuta: Land Baden-Württemberg
Domanda preliminari
Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li d-drittijiet li jirċievi nutar pubbliku għall-awtentikazzjoni notarili ta’ tranżazzjoni, li kienet tikkonċerna t-trasformazzjoni ta’ kumpannija b’kapital f’kumpannija b’kapital ta’ tip differenti, jikkostitwixxu taxxi fis-sens tad-Direttiva, u dan anki meta t-trasformazzjoni ma timplikax żieda fil-kapital tal-kumpannija akkwistata jew ittrasformata?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122.
Full & Egal Universal Law Academy