21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fit-3 ta’ Ottubru 2013 — Vlaams Gewest vs Heidi Van Den Broeck
(Kawża C-525/13)
2013/C 377/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vlaams Gewest
Konvenuta: Heidi Van Den Broeck
Domanda preliminari
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 (1), tal-11 ta’ Diċembru 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità [stabbiliti] permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE[E]) Nru 3508/92, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rifjut li tingħata, għas-sena kalendarja inkwistjoni, “taħt l-iskema ta’ għajnuna konċernata”, l-“għajnuna li għaliha l-bidwi kien ikun intitolat ma’ [taħt] l-Artikolu 31(2)” jikkonċerna l-ammont dovut skont l-“iskema ta’ għajnuna konċernata” kif prevista fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 (2), tas-27 ta’ Novembru 1992, li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità, b’tali mod li l-għajnuna li għandha tiġi rrifjutata ma hijiex biss l-għajnuna għall-“grupp ta’ kultivazzjoni” kkonċernat iżda għandu jiġi rrifjutat l-ammont kollu tal-għajnuna taħt waħda mill-iskemi msemmija f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar u li jagħmel parti minnha l-grupp ta’ kultivazzjoni kkonċernat?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 34, p. 308.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 223.
Full & Egal Universal Law Academy