18.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 15/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Ottubru 2013 — Leopold Schmitzer vs Bundesministerin für Inneres
(Kawża C-530/13)
2014/C 15/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Leopold Schmitzer
Konvenut: Bundesministerin für Inneres
Domandi preliminari
(1)
Bla ħsara għall-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem: il-“Karta”) u għall-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1), tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (iktar ’il quddiem: id-“Direttiva”), inugwaljanza fit-trattament (diretta) ibbażata fuq l-età fis-sens tal-Artikolu 21 tal-Karta u tal-Artikolu 2(1) u (2)(a) tad-Direttiva għandha tiġi ddeplorata meta fl-okkażjoni tal-introduzzjoni ta’ skema ta’ avvanz fl-iskala ta’ remunerazzjoni mhux diskriminatorja għall-uffiċjali l-ġodda, uffiċjal vittma ta’ diskriminazzjoni abbażi tar-regolament preċedenti (li ma kienx jippermetti t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi qabel l-età ta’ 18-il sena għall-finijiet tal-avvanzi) jista’ ċertament jitlob li jibbenefika mill-iskema l-ġdida u jikseb data ta’ referenza għal avvanz tiegħu li tkun ikkalkolata mingħajr diskriminazzjoni, iżda fil-każ li tintlaqa’ t-talba tiegħu, il-pożizzjoni tiegħu fl-iskala ta’ remunerazzjoni (u għaldaqstant is-salarju li għalih huwa intitolat) ma jkollux għalih, minħabba fir-ritmu inqas mgħaġġel ta’ avvanzi previst taħt l-iskema l-ġdida, minkejja li tinkiseb data ta’ referenza iktar favorevoli għall-finijiet tal-avvanz tiegħu, vantaġġ bħal ma tikseb l-istess pożizzjoni fl-iskala ta’ remunerazzjoni bħal uffiċjal li b’mod diskriminatorju huwa ffavorit mir-regolament preċedenti (li għamel perijodi komparabbli mhux qabel, iżda wara l-età ta’ 18-il sena, perijodi li diġà ttieħdu inkunsiderazzjoni favur tiegħu skont ir-regolament preċedenti), li dan l-uffiċjal iffavorit ma għandu l-ebda raġuni li jitlob sabiex jibbenefika mill-iskema l-ġdida?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, u fl-assenza ta’ ġustifikazzjoni skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta u l-Artikolu 6 tad-Direttiva (ara, b’mod partikolari dwar dan is-suġġett id-domanda 3), uffiċjal jista’ jinvoka l-effett dirett tal-Artikolu 21 tal-Karta u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva fi proċedura għall-iffissar tal-pożizzjoni tiegħu fl-iskala ta’ remunerazzjoni anki meta jkun diġà kiseb qabel, fuq talba tiegħu, titjib fid-data ta’ referenza għall-kalkolu tal-avvanz tiegħu fl-iskala taħt l-iskema l-ġdida?
(3)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1, huwa ġġustifikat li tinżamm temporanjament, fl-okkażjoni tal-introduzzjoni ta’ sistema mhux diskriminatorja għall-uffiċjali l-ġodda, distinzjoni f’termini ta’ skala ta’ remunerazzjoni bejn, minn naħa, l-uffiċjali vantaġġati li ma għażlux l-iskema l-ġdida u, min-naħa l-oħra, l-uffiċjali li jibqgħu żvantaġġati minkejja l-fatt li jkunu għażlu l-iskema l-ġdida, differenza fit-trattament fis-sens tal-Artikolu 52(1) tal-Karta u tal-Artikolu 6 tad-Direttiva, għal raġunijiet dedotti mill-ekonomija amministrattiva u miż-żamma tad-drittijiet miksuba, kif ukoll mill-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi,
(a)
anki jekk il-leġiżlatur nazzjonali ma jkunx meħtieġ li jikseb il-kunsens tal-imsieħba soċjali meta jistabbilixxi r-regoli tal-iskema ta’ avvanz u jkun marbut biss bil-limiti kostituzzjonali tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, li ma teħtieġx iż-żamma tad-drittijiet miksuba kollha għaż-żamma b’mod sħiħ tal-iskema preċedenti għall-uffiċjali ffavoriti li ma jkunux għażlu l-iskema l-ġdida;
(b)
anki kieku kien possibbli għal-leġiżlatur nazzjonali f’dan il-kuntest li jiżgura l-ugwaljanza tal-uffiċjali billi jippermetti t-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi mwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena filwaqt li jżomm ukoll ir-regoli dwar l-avvanz applikabbli għall-uffiċjali li kienu vittmi ta’ diskriminazzjoni sal-lum;
(c)
anki jekk ix-xogħol amministrattiv li jirriżulta minn dan minħabba n-numru għoli ta’ talbiet li jistgħu jkunu mistennija kien konsiderevoli, mingħajr ma l-ispiża li dan jirrappreżenta tkun toqrob, anki mill-bogħod, għas-somma tal-ammonti li ser jitilfu l-uffiċjali żvantaġġati meta mqabbla mal-uffiċjali vantaġġati u li ser ikompli jitilfu fil-futur;
(d)
anki jekk il-perijodu tranżitorju li matulu l-inugwaljanza fit-trattament bejn uffiċjali tinżamm għandha tkompli għal għexur ta’ snin u tikkonċerna l-parti l-kbira tal-uffiċjali kollha matul perijodu ta’ żmien twil ħafna (minħabba l-iffriżar tar-reklutaġġ ta’ uffiċjali pubbliċi ġodda);
(e)
anki jekk l-iskema kienet ġiet introdotta b’effett retroattiv, retroattività li tibdel, bi ħsara tal-uffiċjali, il-leġiżlazzjoni l-iktar favorevoli għalih, li, fid-dawl tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, għandha f’kull każ tkun applikata bejn l-1 ta’ Jannar 2004 u t-30 ta’ Awwissu 2010 u li kien talab l-applikazzjoni tagħha għall-każ personali tiegħu anki qabel l-adozzjoni tal-liġi l-ġdida li temendaha?
Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domandi 1 u 2 jew ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 3:
(4)
(a)
Skema legali li tipprovdi għal terminu ta’ avvanz itwal għall-perijodi ta’ impjieg fil-bidu tal-karriera u li jagħmlu iktar diffiċli t-tranżizzjoni għall-iskala ta’ remunerazzjoni sussegwenti twassal għal inugwaljanza fit-trattament indiretta bbażata fuq l-età?
(b)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, din l-iskema hija proporzjonata u neċessarja jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li fil-bidu tal-karriera, l-uffiċjal jkollu inqas esperjenza professjonali?
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 3:
(5)
(a)
Skema legali li tieħu inkunsiderazzjoni “perijodi oħra” kompluti sa tliet snin u bin-nofs għat-tliet snin sussegwenti, anki jekk dawn il-perijodi la kienu ddedikati għat-taħriġ u lanqas biex tinkiseb esperjenza professjonali, hija diskriminazzjoni bbażata fuq l-età?
(b)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, din l-inugwaljanza fit-trattament hija ġġustifikata mill-ħtieġa tal-prevenzjonit tad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni fl-iskala ta’ remunerazzjoni tal-uffiċjali (li manifestament jikkonċerna lill-uffiċjali l-ġodda wkoll) li ma kkompletawx, qabel l-età ta’ 18-il sena, perijodi li jistgħu jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-avvanz tagħhom, minkejja li perijodi oħra kkompletati wara l-età ta’ 18-il sena jistgħu wkoll jittieħdu inkunsiderazzjoni?
(6)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 4.a u risposta fin-negattiv għad-domanda 4.b u fl-istess waqt risposta fl-affermattiv għad-domanda 3 jew fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 5 u risposta fin-negattiv għad-domanda 5.b:
L-aspetti diskriminatorji li għalhekk tippreżenta l-iskema l-ġdida għandhom bħala konsegwenza li l-inugwaljanza fit-trattament li tagħha huma vittmi l-uffiċjali ma tibqax iġġustifikata inkwantu fenomenu tranżitorju?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).
Full & Egal Universal Law Academy