7.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 359/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-10 ta’ Ottubru 2013 — Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare et vs Fipa Group et
(Kawża C-534/13)
2013/C 359/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero della Salute, Istituto Superiore per la Protezione e la Ricerca Ambientale (ISPRA)
Konvenuti: Fipa Group srl, Ivan srl, Tws Automation srl
Domanda preliminari
Il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ambjent, sanċiti mill-Artikolu 191(2) TFUE u mid-Direttiva 2004/35/KE (1), tal-21 ta’ April 2004 (Artikoli l u 8(3); premessi 13 u 24) — b’mod partikolari, il-prinċipju “min iniġġes iħallas”, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipju ta’ azzjoni preventiva, il-prinċipju ta’ korrezzjoni, bħala prijorità, fl-oriġini, tal-ħsara għall-ambjent — jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik stabbilita fl-Artikoli 244, 245 u 253 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152 tat-3 ta’ April 2006 li, fil-każ ta’ tniġġis ikkonstatat ta’ sit u ta’ impossibbiltà li tiġi identifikata l-persuna responsabbli għat-tniġġis jew ukoll ta’ impossibbiltà li jinkisbu minn din tal-aħħar il-miżuri ta’ riparazzjoni, ma tippermettix lill-awtorità amministrativa li timponi l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ sikurezza tal-emerġenza u tar-riabilitazzjoni fuq il-proprjetarju mhux responsabbli għat-tniġġis, u tipprevedi biss fil-konfront ta’ dan tal-aħħar responsabbiltà patrimonjali limitata għall-valur tas-sit wara l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ riabilitazzjoni?
(1) Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 357).
Full & Egal Universal Law Academy