21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos Aukščiausiojo Teismo (il-Litwanja) fl-14 ta’ Ottubru 2013 — OAO “Gazprom”, il-parti l-oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika tal-Litwanja
(Kawża C-536/13)
2013/C 377/14
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiojo Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: OAO “Gazprom”
Il-parti l-oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika tal-Litwanja, irrappreżentata mill-Ministeru għall-Enerġija tar-Repubblika tal-Litwanja
Domandi preliminari
(1)
Fil-każ fejn tribunal tal-arbitraġġ jawtorizza anti-suit injunction u b’hekk jipprojbixxi lil parti milli tippreżenta ċerti talbiet quddiem qorti ta’ Stat Membru li, skont ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 (1), ikollha l-ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-mertu tal-kawża ċivili, il-qorti tal-Istat Membru għandha d-dritt li tirrifjuta li tirrikonoxxi tali deċiżjoni tal-arbitraġġ minħabba l-fatt li din tillimita d-dritt tal-qorti li tiddeċiedi hija stess dwar il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex teżamina kawża skont ir-regoli tal-ġurisdizzjoni tar-Regolament Nru 44/2001?
(2)
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, din tkun ukoll valida jekk l-anti-suit injunction deċiża mit-tribunal tal-arbitraġġ timponi fuq parti fil-proċedura li tillimita l-pretensjonijiet tagħha f’kawża li tkun qed tiġi eżaminata fi Stat Membru ieħor u l-qorti ta’ dan l-Istat Membru jkollha ġurisdizzjoni sabiex teżamina din il-kawża skont ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni tar-Regolament Nru 44/2001?
(3)
Qorti nazzjonali tista’, peress li tixtieq tiżgura s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni u l-effikaċja sħiħa tar-Regolament Nru 44/2001, tirrifjuta li tirrikonoxxi deċiżjoni tal-arbitraġġ, jekk hija tillimita d-dritt tal-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fuq il-ġurisdizzjoni tagħha u l-funzjonijiet tagħha f’kawża li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000,. dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy