11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ottubru 2013 — Douane Advies Bureau Rietveld vs Hauptzollamt Hannover
(Kawża C-541/13)
2014/C 9/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Douane Advies Bureau Rietveld
Konvenut: Hauptzollamt Hannover
Domanda preliminari (1)
Il-kunċett ta’ “reaġent” kif użat fil-frażi “reaġenti dijanjostiċi jew tal-laboratorju” fl-intestatura 3822 tan-Nomenklatura Magħquda għandu jinftiehem fis-sens li jikkonċerna biss sustanza li permezz tat-tibdil kimiku tagħha minħabba reazzjoni kimika għal jew mas-sustanza eżaminata, tintuża sabiex tindika stat jew karatteristika ta’ din l-aħħar sustanza?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendata bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 304, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy