18.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 15/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Ottubru 2013 — Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs E. Fischer-Lintjens
(Kawża C-543/13)
2014/C 15/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank
Konvenuta: E. Fischer-Lintjens
Domandi preliminari
(1)
Il-kunċett ta’ “li jridu jitħallsu” fis-sens tal-Artikoli 27 et seq tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward li jiġi stabbilit minn liema mument pensjoni jew allowances iridu jitħallsu, l-element determinanti huwa d-data li fiha d-deċiżjoni ta’ għoti tkun ittieħdet u li l-pensjoni tkun tħallset sussegwentement, jew ukoll id-data ta’ bidu tal-pensjoni mogħtija b’effett retroattiv?
(2)
Jekk il-kunċett ta’ “li jridu jitħallsu” jirreferi għad-data ta’ bidu tal-pensjoni mogħtija b’effett retroattiv:
Tista’ din l-interpretazzjoni tiġi kkonċiljata mal-fatt li l-benefiċjarju ta’ pensjoni li jaqa’ taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 ma jistax, skont il-leġiżlazzjoni Olandiża, jaffilja ruħu bl-istess effett retroattiv ma’ assigurazzjoni ta’ kura medika?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy