21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fit-22 ta’ Ottubru 2013 — Agenzia delle Dogane e Ufficio di Verona dell’Agenzia delle Dogane vs ADL American Dataline Srl
(Kawża C-546/13)
2013/C 377/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia delle Dogane, Ufficio di Verona dell’Agenzia delle Dogane
Konvenuta: ADL American Dataline Srl
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 (1) u l-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludu li l-modifiki li saru fin-noti ta’ spjega tal-Kapitolu 84 tat-tabella tad-dazji li jikkostitwixxu t-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni KE Nru 1549/06, tas-17 ta’ Ottubru 2006 (2) (li eskludew l-ispeakers mill-intestatura 8471 meta huma ppreżentati b’mod separat mill-magni awtomatiċi tal-ipproċessar tal-informazzjoni) ikunu jistgħu jintużaw favur interpretazzjoni fis-sens li l-prodotti importati mill-kumpannija ADL s.r.l. (3) — deskritti fit-Taqsima A, punti 1, 3 u 4 ta’ din id-digriet — għandhom funzjoni proprja (riproduzzjoni u amplifikazzjoni tal-ħoss) “differenti” mill-ipproċessar tal-informazzjoni?
(2)
Il-prodotti importati mill-kumpannija ADL s.r.l. — deskritti fit-Taqsima A, punti 1, 3 u 4 ta’ dan id-digriet — fil-kwalità tagħhom ta’ “speakers” mqiegħda fis-suq b’mod separat mill-magna awtomatika ta’ pproċessar tal-informazzjoni, għandhom jitqiesu bħala tagħmir “li jeżerċita funzjoni proprja differenti minn dik tal-ipproċessar tal-informazzjoni” — sa fejn għandha titqies bħala tali l-funzjoni ta’ riproduzzjoni u ta’ amplifikazzjoni tal-ħoss — jew ma jistgħux jitqiesu bħala unitajiet ta’ sistemi li jeżerċitaw funzjoni proprja għajr dik tal-ipproċessar tal-informazzjoni fis-sens li, fid-dawl tal-karatteristiċi tekniċi proprji tagħhom (konnessjoni esklużiva permezz ta’ cable tal-USB; meħtieġ minn sistema operattiva MAC OS 9), huma “jaqdu funzjoni biss jekk [huma] jkunu jistgħu jeżerċitaw mingħajr l-għajnuna ta’ tali magna [jiġifieri magna awtomatika ta’ pproċessar tal-informazzjoni]” (fil-fatt, fis-sentenzi tad-19 ta’ Ottubru 2000, Peacock C-339/98, Ġabra p. I-8947, punti 14 u 15; u tat-18 ta’ Lulju 2007, Olicom, C-142/06, Ġabra p. I-6675, punti 20, 29 u 30, anki jekk dawn is-sentenzi jikkonċernaw tipi oħra ta’ tagħmir, jiġifieri network cards u “cards kombinati”, il-Qorti tal-Ġustizzja donnha tiddeduċi l-assenza ta’ funzjoni proprja “differenti” miż-żewġ elementi li huma l-funzjonament tat-tagħmir esklużivament permezz ta’ kompjuter u l-kapaċità ta’ riċezzjoni u ta’ trasformazzjoni mal-ħruġ tas-sinjali trażmessi permezz tal-kompjuter diġitali)?
(1) Regolament (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382)
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (ĠU L 301, p. 1).
(3) Dawn huma “loudspeakers prodotti mill-kumpannija tal-Istati Uniti Harman Multimedia initiżi sabiex jintużaw esklużivament bħala output peripheral units għall-kompjuters tat-tip ‘APPLE’ ”.
Full & Egal Universal Law Academy