21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā rajona tiesa (il-Latvja) fil-21 ta’ Ottubru 2013 — SIA “Oliver Medical” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-547/13)
2013/C 377/16
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā rajona tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Oliver Medical”
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
(1)
L-intestaturi 9018 u 9019 tan-Nomenklatura Magħquda li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet li ġejjin: ponot “UltraPulse Encore laser”; “Light Sheer ST”; “IPL Quantum SR” u l-irjus tagħhom: “HR upgd for IPL Quantum”, “DL upgd for IPL Quantumsystem”; irjus ta’ kura “Ultrashape contour I”; “IPL Quantum SR 560”, “Ls-Duet” u l-aċċessorji tagħhom; u l-apparat “Lumenis M22”, li jintużaw fil-mediċina, jistgħu jiġu kklassifikati taħt dawn l-intestaturi?
(2)
Jekk l-intestaturi 9018 u 9019 ma jkunux applikabbli għalihom, dawn il-prodotti jistgħu jiġu kklassifikati taħt l-intestura 8543 tan-Nomenklatura Magħquda?
(3)
F’każ ta’ risposta negattiva, liema intestatura oħra hija indikata mill-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għall-finijiet ta’ din il-klassifikazzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.
Full & Egal Universal Law Academy