25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vergabekammer Arnsberg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Ottubru 2013 — Bundesdruckerei GmbH vs Stadt Dortmund
(Kawża C-549/13)
2014/C 24/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Vergabekammer Arnsberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundesdruckerei GmbH
Konvenut: Stadt Dortmund
Domanda preliminari
L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 96/71/KE (1) jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali u/jew kundizzjoni għall-għoti ta’ kuntratt minn awtorità kontraenti pubblika li tipprovdi li, l-offerent li jrid jikseb kuntratt pubbliku permezz ta’ sejħa għal offerti 1) għandu jimpenja ruħu li jħallas lill-persunal irreklutat għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt is-salarju miftiehem jew minimu ffissat permezz ta’ din id-dispożizzjoni u 2) għandu jimponi obbligu identiku lis-subappaltatur irreklutat jew ikkunsidrat u jippreżenta lill-awtorità kontraenti att ta’ reklutaġġ bħala subappaltatur, meta a) din id-dispożizzjoni tipprovdi għal tali obbligu biss fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u mhux fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti privati u b) is-subappaltatur huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor tal-UE u l-ħaddiema tas-subappaltatur jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt esklużivament fil-pajjiż ta’ oriġini ta’ dan is-subappaltatur?
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/71/KE, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431).
Full & Egal Universal Law Academy