21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari (l-Italja) fil-25 ta’ Ottubru 2013 — SETAR vs Comune di Quartu S. Elena
(Kawża C-551/13)
2013/C 377/17
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SETAR — Società Edilizia Turistica Alberghiera Residenziale
Konvenut: Comune di Quartu S. Elena
Domandi preliminari
Tmur kontra d-dritt Komunitarju, ir-regola stabbilita permezz tal-Artikolu 188 tad-Digriet Leġiżlattiv 152/2006 u permezz tad-Digriet tal-Ministeru tal-Ambjent tas-17 ta’ DiċembruFrar 2009 li tistabbilixxi li d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 2008/98/KE (1) għandu jiġi pospost sakemm jinħareġ id-Digriet Minsterjali li jistabbilixxi l-modalità teknika u t-termini tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni?
(1) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 312, p. 3)
Full & Egal Universal Law Academy