25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo no 6 de Bilbao (Spanja) fil-25 ta’ Ottubru 2013 — Grupo Hospitalario Quirón S.A. vs Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco
(Kawża C-552/13)
2014/C 24/05
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no 6 de Bilbao
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grupo Hospitalario Quirón S.A.
Konvenut: Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco
Konvenut ieħor: Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea huwa kompatibbli mar-rekwiżit imsemmi fil-kuntratti ta’ ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi tas-saħħa, li skontu l-provvista medika li hija s-suġġett tas-sejħa għal offerti għandha biss tiġi pprovduta f’muniċipalità speċifika, li tista’ ma tkunx dik tad-domiċilju tal-pazjenti?
Full & Egal Universal Law Academy