18.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 15/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ottubru 2013 — Hermann Lutz vs Elke Bäuerle, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ ECZ Autohandel GbmH
(Kawża C-557/13)
2014/C 15/12
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hermann Lutz
Konvenuta: Elke Bäuerle, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ ECZ Autohandel GbmH
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (1), japplika jekk il-ħlas, ikkontestat mill-amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza, ta’ somma ssekwestrata qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza jkun sar biss wara l-ftuħ tal-proċeduri?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 tapplika wkoll għat-termini ta’ preskrizzjoni, għat-termini għall-eżerċizzju tad-dritt għal revoka u għat-termini ta’ dekadenza previsti mid-dritt tal-Istat fejn l-att ikkontestat jipproduċi l-effetti tiegħu (lex causae)?
(3)
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv: ir-rekwiżiti proċedurali li għandhom jiġu osservati għall-eżerċizzju tad-dritt taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 għandhom jiġu ddeterminati mil-lex causae jew mil-lex fori concursus?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
Full & Egal Universal Law Academy