15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 1 (Ir-Repubblika Ċeka) fid-29 ta’ Ottubru 2013 — Hoštická a.s. et vs Ministerstvo zemědělství
(Kawża C-561/13)
2014/C 45/32
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Obvodní soud pro Prahu 1
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hoštická a.s., Jaroslav Haškovec, Zemědělské družstvo Senice na Hané
Konvenut: Ministerstvo zemědělství
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 126 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pagament separat għaz-zokkor huwa pagament mifrud mill-produzzjoni?
(2)
L-Artikolu 126(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“kriterji adottati mill-Istati Membri rilevanti fl-2006 u l-2007” jinkludu wkoll il-perijodu rappreżentattiv, magħżul minn Stat Membru f’dak iż-żmien, skont l-Artikolu 143ba(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006 (3)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).
(2) Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 319/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (ĠU L 335M, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy