11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/21
Appell ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2013 minn Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-489/12, Planet vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-564/13 P)
2014/C 9/33
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-489/12;
—
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fil-mertu;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-489/12 jinkludi evalwazzjonijiet legali li jiksru regoli tad-dritt tal-Unjoni; l-appellanti tikkontesta dawn l-evalwazzjonijiet legali permezz ta’ dan l-appell.
Skont l-appellanti, id-digriet appellat għandu jiġi annullat peress li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat id-dritt tal-Unjoni f’dak li jikkonċerna l-interess ġuridiku meħtieġ, fid-dritt tal-Unjoni, sabiex tinbeda azzjoni għal dikjarazzjoni li tippermetti li tiġi rrikonoxxuta r-responsabbiltà kuntrattwali, kif ukoll dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-imsemmi interess ġuridiku huwiex eżistenti u attwali.
Full & Egal Universal Law Academy