25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Novembru 2013 — Annegret Weitkämper-Krug vs NRW Bank, Anstalt des öffentlichen Rechts
(Kawża C-571/13)
2014/C 24/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Annegret Weitkämper-Krug
Konvenuti: NRW Bank, Anstalt des öffentlichen Rechts
Domanda preliminari
L-Artikolu 27(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tieni qorti adita, li hija biss għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 44/2001, hija madankollu obbligata tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tiġi deċiża definittivament il-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti adita, li ma għandhiex ġurisdizzjoni esklużiva bis-saħħa tal-Artikolu 22?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy