8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Novembru 2013 — Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV
(Kawża C-573/13)
2014/C 71/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG
Konvenuti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV
Domandi preliminari
(1)
It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ reżervazzjoni elettronika, il-prezz finali li għandu jitħallas għandu jiġi indikat meta jintwera għall-ewwel darba l-prezz tas-servizzi bl-ajru?
(2)
It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ reżervazzjoni elettronika, il-prezz finali li għandu jitħallas għandu jiġi indikat biss għas-servizz bl-ajru magħżul mill-klijent jew ukoll għal kull servizz bl-ajru ieħor li jintwera?
(1) Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, p. 3)
Full & Egal Universal Law Academy