25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kiel (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Novembru 2013 — Hans-Jürgen Kickler et vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-578/13)
2014/C 24/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Kiel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hans-Jürgen Kickler, Walter Wöhlk, Zahnärztekammer Schleswig-Holstein Versorgungswerk
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża, li fiha x-xerrej ta’ titoli tal-Gvern tal-konvenuta jressaq talba għal ħlas fil-forma ta’ prestazzjoni u fil-forma ta’ talba għal danni kontra l-konvenuta, għandha tiġi kkunsidrata bħala li tikkonċerna “materja ċivili jew kummerċjali” fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament jekk ix-xerrej ma jkunx aċċetta l-offerta ta’ skambju magħmula fl-aħħar ta’ Frar 2012 mill-konvenuta, kif huwa possibbli permezz tal-Liġi Griega Nru 4050/2012 (“Greek-Bondholder-Act”)?
(2)
Meta titressaq kawża li tkun essenzjalment ibbażata fuq l-invalidità jew fuq in-nullità tal-Greek-Bondholder-Act iċċitat iktar ’il fuq, din il-kawża tkun tikkonċerna r-responsabbiltà tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-regolament iċċitat fid-domanda 1?
(1) Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).
Full & Egal Universal Law Academy