25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad von Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Novembru 2013 — P vs Commissie Sociale Zekerheid Breda, S vs College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amstelveen
(Kawża C-579/13)
2014/C 24/14
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad von Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: P
Konvenuta: Commissie Sociale Zekerheid Breda
u
Rikorrenti: S
Konvenut: College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amstelveen
Domandi preliminari
(1)
L-għan u l-ispirtu tad-Direttiva 2003/109/KE (1) kif ukoll l-Artikolu 5(2) u/jew l-Artikolu 11(1) tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija inkompatibbli magħhom l-impożizzjoni, abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, tal-obbligu ta’ integrazzjoni ċivika sanzjonata minn sistema ta’ multa fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom l-istatus ta’ residenti għat-tul?
(2)
Sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, huwa importanti li jiġi stabbilit jekk l-obbligu ta’ integrazzjoni ċivika ġie impost qabel il-kisba tal-istatus ta’ residenti għat-tul?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).
Full & Egal Universal Law Academy