25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/10
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2013 minn Telefónica S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-430/11, Telefónica vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-588/13 P)
2014/C 24/18
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Telefónica S.A. (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
—
tannulla d-digriet appellat;
—
tikkonstata l-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament fil-Kawża T-430/11 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi l-mertu tal-kawża;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-proċeduri dwar l-ammissibbiltà taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
(1)
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat l-aħħar parti tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, billi sostniet li d-deċiżjonijiet fil-qasam tal-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat bħal dik ikkontestata f’dan il-każ jeħtieġu miżuri ta’ eżekuzzjoni fis-sens tad-dispożizzjoni l-ġdida tat-Trattat.
(2)
Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi interpretat il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ benefiċjarju effettiv għall-finijiet li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tar-rikors kontra d-deċiżjonijiet li jiddikkjaraw skema ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli. B’mod partikolari:
—
il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ benefiċjarju effettiv u għawwġet il-fatti meta applikatu għat-tranżazzjonijiet imwettqa mir-rikorrenti wara l-21 ta’ Diċembru 2007;
—
il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi f’dak li jikkonċerna t-tranżazzjonijiet li seħħew qabel il-21 ta’ Diċembru 2007, fl-interpretazzjoni tal-kunċett ġurisprudenzjali ta’ benefiċjarju effettiv.
(3)
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi adottat deċiżjoni li tikser id-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Id-digriet appellat jilqa’ kunċett purament teoretiku ta’ dan id-dritt, li jfixkel lir-rikorrenti milli taċċedi għal kundizzjonijiet u mingħajr ma jkollha tikser id-dritt tas-sistema preliminari sabiex tikkontesta d-deċiżjoni kkontestata.
Full & Egal Universal Law Academy