22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ Novembru 2013 — Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero della Salute, Ministero dello Sviluppo Economico vs Ediltecnica SpA
(Kawża C-592/13)
2014/C 52/46
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero della Salute, Ministero dello Sviluppo Economico
Konvenuta: Ediltecnica SpA
Domanda preliminari
Il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea fil-qasam ambjentali stabbiliti mill-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mid-Direttiva 2004/35/KE (1), tal-21 ta’ April 2004 (Artikoli 1 u 8(3); premessi 13 u 24) — b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ “min iniġġeż għandu jħallas”, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipju tal-azzjoni preventiva, il-prinċipju ta’ korrezzjoni fis-sors tal-ħsarat għall-ambjent — jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik stabbilita mill-Artikoli 244, 245, 253 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152, tat-3 ta’ April 2006, li fil-każ ta’ tniġġiż ikkonstatat ta’ sit u tal-impossibbiltà li tiġi individwata l-persuna responsabbli mit-tniġġiż jew anki tal-impossibbiltà li jinkisbu minn din tal-aħħar il-miżuri kumpensatorji, ma tippermettix lill-awtorità amministrattiva li timponi l-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà ta’ emerġenza u ta’ riabilitazzjoni fuq il-proprjetarju mhux responsabbli mit-tniġġiż, u tipprevedi biss, fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, responsabbiltà patrimonjali limitata għall-valur tas-sit wara l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ riabilitazzjoni?
(1) Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 357).
Full & Egal Universal Law Academy