1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ Novembru 2013 — Presidenza del Consiglio dei Ministri et. vs Rina Services SpA et.
(Kawża C-593/13)
2014/C 61/02
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Presidenza del Consiglio dei Ministri et.
Konvenuta: Rina Services SpA et.
Domandi preliminari
(1)
Il-prinċipji tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment (Artikolu 49 TFUE) u dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 56 TFUE), kif ukoll dawk stabbiliti fid-Direttiva 2006/123/KE (1), jipprekludu l-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li għas-Società Organismo di Attestazione (SOA), stabbiliti fil-forma ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata, “l-uffiċċju rreġistrat għandu jkun fit-territorju tar-Repubblika”?
(2)
Id-deroga stabbilita fl-Artikolu 51 TFUE għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri attività bħal dik ta’ ċertifikazzjoni mwettqa minn organi tad-dritt privat li, minn naħa, għandhom ikunu stabbiliti fil-forma ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata u joperaw f’suq kompetittiv u li, min-naħa l-oħra, jipparteċipaw fl-eżerċizzju ta’ setgħa pubblika u għalhekk huma suġġetti għal awtorizzazzjoni u għal kontrolli stretti min-naħa tal-Awtorità ta’ Sorveljanza?
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).
Full & Egal Universal Law Academy