25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Novembru 2013 — Vereniging Somalische Amsterdam en Omgeving (Somvao) vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-599/13)
2014/C 24/22
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Vereniging Somalische Amsterdam en Omgeving (Somvao)
Appellat: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (1), tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, jew l-Artikolu 53b(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (3), tat-13 ta’ Diċembru 2006, jipprovdi bażi legali għal emenda għad-detriment ta’ benefiċjarju u għall-irkupru mingħandu min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sussidju diġà stabbilit, maħruġ mill-Fond Ewropew għar-refuġjati?
(2)
L-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE (4), tat-2 ta’ Diċembru, li tistabbilixxi l-fond ewropew għar-refuġjati għall-perijodu 2005-2010 tikkostitwixxi bażi legali għal emenda għad-detriment ta’ benefiċjarju u għall-irkupru mingħandu min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sussidju diġà stabbilit, maħruġ mill-Fond Ewropew għar-refuġjati, mingħajr ma awtorizzazzjoni prevista mid-dritt nazzjonali ma tkun neċessarja għal dan il-għan?
(1) ĠU L 312, p. 1.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74.
(3) ĠU L 390, p. 1.
(4) ĠU 2006 L 153M, p. 340.
Full & Egal Universal Law Academy