22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di pace di Matera (l-Italja) fil-21 ta’ Novembru 2013 — Intelcom Service Ltd vs Vincenzo Mario Marvulli
(Kawża C-600/13)
2014/C 52/47
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Giudice di pace di Matera
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Intelcom Service Ltd
Konvenut: Vincenzo Mario Marvulli
Domandi preliminari
(1)
Il-Liġi Taljana Nru 89/1913 dwar in-notarjat, fl-Artikoli 51 et seq tagħha, ikkunsidrati wkoll flimkien mal-Artikoli 1350 u 2657 tal-Kodiċi Ċivili, tipprovdi għal sitwazzjoni vera u proprja ta’ monopolju tan-nutara għall-provvista ta’ servizzi ta’ redazzjoni u ta’ awtentikazzjoni tal-atti ta’ bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli fl-Italja u dan f’kontradizzjoni manifesta mar-regoli u mal-prinċipji tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 49 TUE) li jipprovdu għall-moviment liberu tas-servizzi fi ħdan l-Istati Membri tal-Unjoni u b’mod partikolari mad-Direttiva 2006/123/KE (1), tat-12 ta’ Diċembru 2006 (imsejħa d-“Direttiva Bolkestein”), trasposta fl-Italja permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 59 tas-26 ta’ Marzu 2010, ippubblikat fil-Gazzetta Ufficiale Nru 94 tat-23 ta’ April 2010?
(2)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra wkoll li l-Liġi Nru 89/1913, ikkunsidrata wkoll flimkien mal-Artikoli 1350 u 2357 tal-Kodiċi Ċivili, tmur kontra r-regoli tat-Trattat UE li jipprojbixxu l-monopolji fil-provvista ta’ servizzi (Artikolu 53 TUE u Artikolu 37 TUE)?
(3)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra wkoll li l-Liġi Nru 89/1913, ikkunsidrata wkoll flimkien mal-Artikoli 1350 u 2357 tal-Kodiċi Ċivili, tmur kontra r-regoli tal-Unjoni Ewropea li jipprojbixxu dawk li jissejħu miżuri li għandhom effett ekwivalenti, previsti fl-Artikoli 28 u 29 KE u sussegwentement inklużi fl-Artikoli 34 u 35 TFUE wara r-riforma mwettqa mit-Trattat ta’ Lisbona, liema miżuri huma pprojbiti mit-Trattat għaliex għandhom tendenza li jippenalizzaw liċ-ċittadini ta’ ċerti Stati Membri meta mqabbla maċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi pprovduti lilhom?
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).
Full & Egal Universal Law Academy