8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-25 ta’ Novembru 2013 — AMBISIG-Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica Lda vs NERSANT-Associação Empresarial da Região de Santarém, NÚCLEO INICIAL — Formação e Consultoria Lda
(Kawża C-601/13)
2014/C 39/13
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AMBISIG-Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica Lda
Konvenuti: NERSANT-Associação Empresarial da Região de Santarém, NÚCLEO INICIAL — Formação e Consultoria Lda
Domanda preliminari
Għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, ta’ natura intellettwali, ta’ taħriġ u ta’ konsultazzjoni, huwa kompatibbli mad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu, u l-emendi rispettivi tagħha, li jiġi stabbilit, fost il-fatturi li jifformaw il-kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, fattur ta’ evalwazzjoni tat-timijiet konkretament proposti mill-offerenti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, fid-dawl tal-kostituzzjoni differenti tagħhom, l-esperjenza pprovata tagħhom u l-analiżi tal-kurrikulu tagħhom?
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
Full & Egal Universal Law Academy