8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Sundsvall (l-Isvezja) fil-25 ta’ Novembru 2013 — OKG vs Skatteverket
(Kawża C-606/13)
2014/C 39/14
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Kammarrätten i Sundsvall
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: OKG AB
Konvenut: Skatteverket
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), jipprovdi li “livell ta’ tassazzjoni” huwa l-piż totali intaxxat fir-rigward tat-taxxi indiretti kollha (ħlief il-VAT), ikkalkulat direttament jew indirettament fuq il-kwantità ta’ elettriku meta din tiġi rilaxxata għall-konsum. L-Artikolu 21(5) tal-istess direttiva jipprovdi li l-elettriku għandu jkun suġġett għat-tassazzjoni u li t-taxxa għandha tkun dovuta meta ssir il-provvista tal-elettriku mid-distributur jew ridistributur. Dawn l-artikoli jipprekludu taxxa imposta fuq il-kapaċità termali tar-reatturi nukleari?
(2)
Taxxa fuq il-kapaċità termali tikkostitwixxi dazju tas-sisa impost direttament jew indirettament fuq il-konsum tal-prodotti (imsejħa prodotti suġġetti għad-dażju tas-sisa) previsti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KE (2)?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).
(2) Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KE (ĠU L 9, p. 12).
Full & Egal Universal Law Academy