25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/14
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Masco Corp., Hansgrohe AG, Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH, Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH, Hansgrohe SA/NV, Hansgrohe BV, Hansgrohe SARL, Hansgrohe srl, Hüppe GmbH, Hüppe GmbH, Hüppe Belgium SA (NV), Hüppe BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-378/10: Masco Corp. et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-614/13 P)
2014/C 24/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Masco Corp., Hansgrohe AG, Hansgrohe Deutschland Vertriebs GmbH, Hansgrohe Handelsgesellschaft mbH, Hansgrohe SA/NV, Hansgrohe BV, Hansgrohe SARL, Hansgrohe srl, Hüppe GmbH, Hüppe GmbH, Hüppe Belgium SA (NV), Hüppe BV (rappreżentanti: D. Schroeder, Rechtsanwalt, S. Heinz, Rechtsanwältin, J. Temple Lang, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-378/10 sa fejn din tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju sa fejn din tikkonkludi li l-appellanti pparteċipaw f’akkordju kontinwat jew fi prattika miftiehma “fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju”;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ġunju 2010 fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju sa fejn din tikkonkludi li l-appellanti pparteċipaw f’akkordju kontinwat jew fi prattika miftiehma “fis-settur tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju”;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-appellanti li huma marbuta ma’ din il-kwistjoni; u
—
tadotta kull miżura oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja jidhrilha li hija xierqa;
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jinvokaw żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħhom.
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi manifestament żnaturat il-provi u billi applikat b’mod żbaljat l-eżami legali sabiex jiġi konkluż li l-appellanti pparteċipaw fi ksur uniku u kumpless inkonnessjoni ma’ prodotti taċ-ċeramika.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tipprovdi motivazzjoni adatta għall-konklużjonijiet tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy