25.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/16
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn Castel Frères SAS mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fit-13 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-320/10 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-622/13)
2014/C 24/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Castel Frères SAS (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-320/10;
—
tiċħad ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2010 fil-Każ R 962/2009-2;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju u lill-parti oħra fil-proċedura għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-talba tagħha intiża sabiex ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali jiġi miċħud bħala inammissibbli minħabba l-“abbuż ta’ dritt” imwettaq mill-parti l-oħra. L-appell ippreżentat mill-appellanti huwa bbażat fuq żnaturament tal-provi. L-appell huwa bbażat wkoll fuq interpretazzjoni żbaljata tar-rwol tal-abbuż ta’ dritt fil-proċeduri quddiem l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, l-appell huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, għaliex il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma mmotivat iċ-ċaħda tat-talba tal-appellanti.
L-appellanti ssostni, barra minn hekk, li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) sa fejn applikat kriterji ġuridiċi żbaljati meta kkonstatat li t-trade mark tal-appellanti kienet ġiet irreġistrata indebitament.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy