8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Proċeduri kriminali kontra Miguel M.
(Kawża C-627/13)
2014/C 39/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partiji fil-kawża prinċipali
Miguel M.
Domanda preliminari
Il-prodotti mediċinali kif iddefiniti mid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1) , li fihom sustanzi kklassifikati msemmija fir-Regolamenti Nru 273/2004 (2) u Nru 111/2005 (3) , huma dejjem esklużi, skont l-Artikolu 2(a) ta’ kull wieħed minn dawn ir-regolamenti, mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, jew dan huwa l-każ biss meta hemm lok li jiġi preżunt li l-prodotti mediċinali huma komposti b’tali mod li s-sustanzi kklassifikati la jistgħu jiġu sempliċement użati u lanqas estratti permezz ta’ mezzi intiżi għall-implementazzjoni jew li huma ekonomikament vijabbli?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.
(2) Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2005, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU L 333M, p. 472).
Full & Egal Universal Law Academy