8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Jean-Bernard Lafonta vs Autorité des marchés financiers
(Kawża C-628/13)
2014/C 39/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jean-Bernard Lafonta
Konvenuta: Autorité des marchés financiers
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (1) u tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistgħu jikkostitwixxu biss informazzjoni minn ġewwa ta’ natura preċiża fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet dawk li huwa possibbli li jiġu dedotti, bi grad suffiċjenti ta’ probabbiltà, li l-influwenza potenzjali tagħhom fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati tiġi eżerċitata f’sens speċifiku, ladarba dawn isiru pubbliċi?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 367.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 348.
Full & Egal Universal Law Academy