8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gliwicach (il-Polonja) fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Adarco Invest Sp. z o.o. w Petrosani w Rumuni Oddzial w Polsce w Tarnowskich Górach
(Kawża C-629/13)
2014/C 71/10
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Gliwicach
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Adarco Invest sp. z o.o. w Petrosani w Rumunii Oddział w Polsce w Tarnowskich Górach [il-fergħa fil-Polonja, ta’ Tarnowskie Góry, tal-kumpannija b’responsabbiltà limitata Ardaco Invest, stabbilita f’Petrosani (ir-Rumanija)]
Domanda preliminari
L-Artikoli 49 u 54 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 1 tal-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (1) jipprekludu li, fi Stat Membru, it-tneħħija mill-Krajowy Rejestr Sądowy [reġistru tal-kummerċ] ta’ fergħa ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor tiġi rrifjutata abbażi tal-fatt li din il-fergħa ma ġietx likwidata skont il-proċedura ta’ stralċ stabbilita għal kumpannija nazzjonali b’responsabbiltà limitata, filwaqt li tali proċedura ma hijiex prevista għat-tneħħija ta’ fergħa nazzjonali ta’ kumpannija, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li fil-każ ta’ kumpanniji nazzjonali, il-fergħat jkunu inklużi biss fir-reġistru tal-kumpannija rregolata taħt id-dritt nazzjonali u din tal-aħħar tkun marbuta tissottometti kontijiet finanzjarji annwali kkonsolidati li jkopru l-kumpannija parent u l-fergħat tagħha, filwaqt li l-fergħat tal-kumpanniji barranin ikunu inklużi fir-reġistru tal-kummerċ u jiddepożitaw fir-reġistru biss il-kontijiet finanzjarji tal-fergħa?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 100.
Full & Egal Universal Law Academy