1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fit-3 ta’ Diċembru 2013 — Skatteverket vs Hilkka Hirvonen
(Kawża C-632/13)
2014/C 31/09
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skatteverket
Konvenut: Hilkka Hirvonen
Domandi preliminari
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprovdi li persuna li hija residenti fi Stat Membru ieħor — li kisbet it-totalità jew il-kważi-totalità tad-dħul tagħha fl-ewwel Stat Membru — jkollha d-dritt li tagħżel bejn żewġ skemi ta’ taxxi li huma kompletament differenti, jiġifieri jew li tkun intaxxata permezz tat-taxxa f’ras il-għajn b’rata ta’ taxxa iktar baxxa, iżda mingħajr ma tibbenefika mid-dritt għal tnaqqis fiskali li tinvolvi l-applikazzjoni ta’ skema ordinarja ta’ taxxa fuq id-dħul, jew li tkun intaxxata fil-kuntest tal-imsemmija skema ordinarja u għalhekk tkun tista’ tibbenefika mit-tnaqqis fiskali inkwistjoni?
Full & Egal Universal Law Academy