8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Diċembru 2013 — Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji z siedzibą w Warszawie vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
(Kawża C-633/13)
2014/C 71/11
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy (il-Polonja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji z siedzibą w Warszawie
Konvenuta: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej
Domanda preliminari
L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ Aċċess) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-obbligi relatati mal-kontroll tal-prezzijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu fuq l-operaturi li għandhom saħħa sinjifikattiva fis-suq obbligu li jipprojbixxilhom li japplikaw, fuq in-netwerk telefoniċi tagħhom, tariffi eċċesivi għat-terminazzjoni ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi bħal dawn?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323.
Full & Egal Universal Law Academy