8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Diċembru 2013 — SC ALKA CO SRL vs Autoritatea Națională a Vămilor — Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcția Generală a Finanțelor Publice a Municipiului București
(Kawża C-635/13)
2014/C 39/21
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC ALKA CO SRL
Konvenuta: Autoritatea Națională a Vămilor — Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcția Generală a Finanțelor Publice a Municipiului București
Domandi preliminari
(1)
Iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra (ħaxix) fil-qoxra, intiża li tiġi sottomessa għal trattament termiku u mekkaniku sabiex tintuża għall-konsum mill-bniedem (bħala ikel li huwa snack) għandha tiġi kklassifikata taħt l-intestatura tariffarja 1207 — subintestatura tariffarja 1207999710, jew taħt l-intestatura tariffarja 1209 — subintestatura tariffarja 1209919010 tan-nomenklatura magħquda tal-merkanzija?
(2)
Iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra (ħaxix) fil-qoxra, intiża li tiġi sottomessa għal trattament termiku u mekkaniku sabiex tintuża għall-konsum mill-bniedem (bħala ikel li huwa snack) għandha tiġi kklassifikata, skont in-noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda, taħt l-intestatura tariffarja 1207 — subintestatura tariffarja 1207999710 — jew taħt l-intestatura tariffarja 1209 — subintestatura tariffarja 1209919010?
(3)
Jekk teżisti kuntradizzjoni bejn il-klassifikazzjoni tariffarja li tirriżulta mit-tariffa doganali komuni u dik li tirriżulta min-noti ta’ spjega għal dak li jirrigwarda l-istess prodott (żerriegħa tal-qargħa ħamra — ħaxix — fil-qoxra), liema minn dawn il-klassifikazzjonijiet tariffarji japplikaw fil-każ ineżami?
(4)
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 109(a), 110 u 256(3) tar-Regolament Nru°2454/93 (1), proċeduri amministrattivi speċjali bħas-sottomissjoni ta’ talba jew il-preżentazzjoni quddiem ċerta awtorità huma neċessarji sabiex iċ-ċertifikat EUR.1 jipproduċi l-effett speċifiku tiegħu jiġifieri li l-organi doganali japplikaw l-iskema tariffarja doganali preferenzjali prevista fl-Artikolu 98 tal-imsemmi regolament?
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy