22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/29
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 minn Roca mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-412/10, Roca vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-638/13 P)
2014/C 52/52
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanta: Roca (rappreżentant: P. Vidal Martínez, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanta
—
tilqa’ l-argumenti mressqa minn Roca fl-appell preżenti;
—
tannulla parzjalment is-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-kawża T-412/10;
—
tilqa’ t-talbiet ta’ Roca billi tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuqha;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti minn Roca fil-proċeduri preżenti kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-kawża T-412/10 sa fejn din tikkonċerna l-istess aggravji.
Aggravji u argumenti prinċipali
(1)
L-ewwel aggravju , ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-evalwazzjoni tal-karattru inqas gravi tal-ksur ta’ Roca marbut mal-gamma iżgħar ta’ prodotti kkonċernati mill-ksur, u fuq l-iżnaturament tal-fatti kkunsidrati bħala stabbiliti fid-deċiżjoni.
(2)
It-tieni aggravju , ibbażat fuq żball ta’ dritt fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1).
(1) ĠU 2006, C 210, p. 2.
Full & Egal Universal Law Academy