1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/6
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-2/07, Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-641/13 P)
2014/C 31/10
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tilqa’ l-appell u tannulla parzjalment s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013, fil-Kawża T-2/07, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea;
—
tannulla parzjalment, skont it-termini indikati preċedentement, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5102, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija skont il-Fond ta’ Koeżjoni lil grupp ta’ proġetti bir-referenza 2001.ES.16.PE.050 u li tikkonċerna t-tindif tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja), sa fejn din tikkunsidra bħala irregolarità l-użu tal-esperjenza bħala kriterju għall-għoti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunsiderazzjoni li l-użu tal-esperjenza bħala kriterju għall-għoti jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 93/37 (1). Din id-dispożizzjoni ma tipprojbixxix l-użu ta’ kriterji marbuta mal-esperjenza tal-kuntrattur fil-mument tal-għoti ta’ kuntratt. Għall-kuntrarju, l-esperjenza tal-offerent tista’ dejjem tiġi evalwata peress li huwa kriterju li ma huwiex intiż għall-evalwazzjoni tal-kapaċità tal-offerent, li huwa differenti mir-rekwiżit tas-solvibbiltà u huwa intiż għall-evalwazzjoni tal-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża għall-preżentazzjoni ta’ rabta mas-suġġett tal-kuntratt u mal-kwalità ta’ eżekuzzjoni tagħha.
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163).
Full & Egal Universal Law Academy